Mistoqsijiet Komuni
Mit-12 ta’ Marzu 2025, l-Isptar Mater Dei (MDH) se jibgħat notifiki bil-SMS ta’ darba lil kull numru mobbli rreġistrat fis-Sistema tal-Isptar (CPAS). Dan jagħmel parti mill-impenn tagħna biex inżidu s-sigurtà u t-trasparenza fil-ġestjoni tal-informazzjoni personali tiegħek.
Dan l-SMS darba biss huwa maħsub biex jinfurmak li n-numru mobbli tiegħek huwa rreġistrat biex jirċievi notifiki relatati mal-appuntamenti u d-dettalji personali tiegħek fl-Isptar Mater Dei. Dan il-pass jiżgura li l-informazzjoni ta’ kuntatt tiegħek hija preċiża u aġġornata u jgħinek tibqa’ infurmat dwar il-kura tas-saħħa tiegħek.
L-SMS minn MDH se jgħid:
“Notifiki bil-SMS għall-appuntamenti ta’ Mater Dei Outpatients għal John Doe ID li jispiċċa 99M se jintbagħtu lil dan in-numru. Jekk int mhux ir-riċevitur korrett jew għandek xi mistoqsijiet, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/“
- Dan in-notifika bil-SMS se tintbagħat darba lil kull numru mobbli rreġistrat fis-Sistema tal-Isptar.
- L-SMS se jintbagħat f’fażijiet skont id-data tat-twelid tar-rekords tal-pazjenti.
- Jekk id-dettalji huma korretti, m’hemmx bżonn tagħmel xejn.
- Jekk int mhux ir-riċevitur korrett jew jekk l-informazzjoni mhix preċiża, jekk jogħġbok ikkuntattjana immedjatament fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/
Persuni li għandhom e-ID jistgħu jaġġornaw l-informazzjoni tagħhom fi kwalunkwe ħin billi jżuru:🌐Detailupdate.mdh.gov.mt
Jekk ma tixtieqx tibqa’ tirċievi notifiki bil-SMS minn MDH, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/
Mill-1 ta’ Marzu 2025, l-Isptar Mater Dei (MDH) se jibgħat notifiki bil-SMS kull darba li jsir tibdil fid-dettalji personali ta’ pazjent fis-Sistema tal-Isptar (CPAS). Dan jinkludi aġġornamenti ta’:
- Numru tal-Mowbajl
- Isem
- Indirizz
- Settings tan-Notifiki bil-SMS (attivati jew diżattivati)
Sabiex inżidu s-sigurtà u t-trasparenza, MDH se tinfurmak meta jsir kwalunkwe tibdil fid-dettalji personali tiegħek. Dan jgħinek tiżgura li l-informazzjoni tiegħek tibqa’ preċiża u tipproteġi kontra tibdil mhux awtorizzat.
You will receive an SMS on your registered mobile number whenever:
1.In-Numru Mobbli Tiegħek Jiġi Aġġornat:
“Għażiż John Doe, dan huwa biex ninfurmawk li dan in-numru ta’ kuntatt ġie aġġornat għal ID li jispiċċa 99M fis-sistema IT tal-isptar tagħna. Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/”
2.Settings tan-Notifiki bil-SMS Jinbidlu:
- Attivati (ON):
- “Għażiż John Doe, dan huwa biex ninfurmawk li n-numru ta’ kuntatt tiegħek ġie ssettjat biex jirċievi notifiki mediċi mis-sistema IT tal-isptar tagħna għal ID li jispiċċa 99M. Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/”
- Diżattivati (OFF):
- “Għażiż John Doe, dan huwa biex ninfurmawk li n-numru ta’ kuntatt tiegħek ġie ssettjat biex jirċievi notifiki mediċi mis-sistema IT tal-isptar tagħna għal ID li jispiċċa 99M. Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/”
3.L-Isem Tiegħek Jinbidel:
“Din hija notifika għal John Doe li l-isem/kunjom ġie aġġornat għal ID individwali jispiċċa 99M. Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐 https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/”
4.L-Indirizz Tiegħek Jinbidel:
“Din hija notifika għal John Doe li l-indirizz personali ġie aġġornat għal 1 Triq id-Donaturi tad-Demm, Msida għal ID individwali li jispiċċa 99M. Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/”
- Jekk it-tibdil huwa preċiż, m’hemmx bżonn tagħmel xejn.
- Jekk ma awtorizzajtx it-tibdil jew temmen li hu żbaljat, ikkuntattjana immedjatament fuq📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/
Persuni li għandhom e-ID jistgħu jaġġornaw l-informazzjoni tagħhom fi kwalunkwe ħin billi jżuru: 🌐Detailupdate.mdh.gov.mt
Dawn in-notifiki bil-SMS huma parti mill-impenn ta’ MDH biex tipproteġi l-informazzjoni personali tiegħek u biex tiżgura li tibqa’ infurmat dwar tibdil fir-rekords tiegħek.