healthinformatics.gov.mt

Notifikazzjonijiet bl-SMS dwar bidliet fid-Dettalji Personali

Il-Ministeru għas-Saħħa u l-Anzjanità Attiva qed ikompli jtejjeb is-sigurtà u t-trasparenza fis-Sistema tal-Isptar. Bħala parti minn dan, se nibagħtu aġġornamenti permezz ta’ notifiki SMS lin-numri tal-mowbajl irreġistrati fis-sistema amministrattiva tal-pazjenti tal-isptar (CPAS).

L-SMS jidher bħala MDH fuq it-telefon tar-riċevitur.

Il-proċess ser isir f’żewġ fażijiet:

1. NOTIFIKA SMS DARBA BISS FL-2025

Mit-12 ta’ Marzu 2025, MDH se jibgħat SMS wieħed lil kull numru tal-mowbajl irreġistrat fis-Sistema tal-Isptar, li fiha jinnotifika d-dettalji tal-individwu. L-SMS mingħand MDH se ikun fih hekk:

“Notifiki SMS għall-appuntamenti ta’ Mater Dei għal John Doe ID li jispiċċa 99M ser jintbagħtu fuq dan in-numru. Jekk m’intix ir-riċevitur tajjeb jew għandek xi mistoqsijiet, ikkuntattjana fuq e-mail:📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/

Dan l-SMS se jintbagħat lill-pubbliku fi gruppi, skont id-data tat-twelid tal-pazjenti kif irreġistrata fis-Sistema tal-Isptar.

Dan l-SMS se jintbagħat lil kull numru tal-mowbajl irreġistrat fis-Sistema tal-Isptar. Jekk ir-riċevitur ma jixtieqx jirċievi notifiki bl-SMS, jikkuntattjana fuq: 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/

Individwi li għandhom e-ID jistgħu jilloggjaw u jagħmlu talba biex jaġġornaw id-dettalji tagħhom billi jżuru Detailupdate.mdh.gov.mt

  1. BIDLIET FIL-DETTALJI PERSONALI

Mill-1 ta’ Marzu 2025, kull meta jsir tibdil fid-dettalji tal-pazjent fis-Sistema tal-Isptar (numru tal-mowbajl, isem, indirizz jew l-istatus tan-notifiki bl-SMS jinbidel ON/OFF), ir-riċevitur se jirċievi notifika bl-SMS fuq in-numru tal-mowbajl irreġistrat. It-kliem tal-SMS minn MDH se jkun kif ġej:

Wara li jsir tibdil fin-numru tat-telefon

“Għażiż John Doe, dan huwa biex ninfurmawk li dan in-numru ta’ kuntatt ġie aġġornat għal ID li jispiċċa 99M fis-sistemi IT tal-isptar tagħna. Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/

Wara li n-notifiki bl-SMS jiġu attivati (ON)

“Għażiż John Doe, dan huwa biex ninfurmawk li n-numru ta’ kuntatt tiegħek ġie ssettjat biex jirċievi notifiki mediċi mis-sistemi IT tal-isptar tagħna għal ID li jispicca 99M. Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/

Wara li n-notifiki bl-SMS jiġu diżattivati (OFF)

“Għażiż John Doe, dan huwa biex ninfurmawk li n-numru ta’ kuntatt tiegħek ġie ssettjat biex ma jibqax jirċievi notifiki mediċi għal ID li jispiċċa 99M. Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/

Wara tibdil fl-isem tal-pazjent

“Din hija notifika għal John Doe li l-isem/kunjom ġie aġġornat għal individwu b’ID li jispiċċa 99M Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/

Wara tibdil fl-indirizz tal-pazjent

“Din hija notifika għal John Doe li l-indirizz personali ġie aġġornat għal 1 Triq id-Donaturi tad-Demm, Msida għal individwu b’ID li jispiċċa 99M. Jekk għandek bżonn aktar għajnuna, jekk jogħġbok ikkuntattjana fuq 📧 [email protected] jew żur🌐https://healthinformatics.gov.mt/notifikazzjonijiet-sms/

Meta l-utent jitlob tibdil fid-dettalji, isir proċess ta’ verifika u d-dettalji li jaqgħu f’dawn il-kategoriji imsemmija jiġu aġġornati.

Individwi li għandhom e-ID jistgħu jidħlu jitolbu sabiex jiġu aħħornati d-dettalji tagħhom fis-Sistema tal-Isptar billi jżuru Detailupdate.mdh.gov.mt